Maltese

Irċievi kura notevoli li tifhem unikament il-mod ta ħajja tiegħek.

Ġo Kalyna Care, aħna nemmnu li meta tgħix ma’ min jafek u jifhem l-istil ta’ ħajja tiegħek jagħmel kollox eħfef.

Aħna ffokati biex inwasslu servizzi personalizzati u kura kompassjonali li tapprezza u tirrispetta l-mod kif inti trid tgħix.

Ibqa’ konness ma’ x’inhu importanti għalik.

Aħna rriduk li tkompli tgawdi t-tradizzjonijiet uniċi tiegħek u l-istorja, inklużi l-elementi kollha li jagħmluk int min int – bħall-ikel, il-lingwa, il-folklor u l-wirt kulturali.

Meta tingħaqad mal-familja tagħna, aħna nirrekordjaw l-istorja tiegħek fedelment biex inkunu nistgħu nifhmuk aħjar u dwar kemm il-wirt kulturali hu importanti għalik.

Il-kultura tiegħek, il-kultura tagħna.

Tinsab fil-punent ta’ Melbourne, il-komunità ġdida tiegħek li għandha ħoss distintiv Ewropej li tħossok qiegħed ġewwa darek. U, peress li l-maġġoranza tal-ħaddiema huma bilingwi, m’għandekx għalfejn tinkwieta dwar kif ser jifhmuk – aħna nitkellmu l-lingwa tiegħek.

Kalyna Care għandha atmosfera li tħossok qiegħed ġo darek stess ibbażata fuq tradizzjonijiet Ewropej u Ukraini. Aħna ngħożżu l-valuri b’serjetà u napplikawhom attivament mal-interazzjonijiet tiegħek magħna. Dawn jinkludu:

  • Titjib
  • Rispett
  • Empatija
  • Appoġġ
  • Privatezza u Dinjità
  • Ekwità u Inkoraġġiment
  • Kompassjoni
  • Fiduċja
  • Fehim
  • Għalkemm bdejna bħala proġett ta’ komunità Ukraina aħna xorta nagħtu merħba lil residenti mill-kulturi kollha li qed ifittxu għal forma ta’ kura personalizzata. Ir-residenti tagħna jiġu minn madwar id-dinja, inkluż l-Asja, il-Paċifiku, l-Lvant Nofsani u l-Indja, u kulħadd huwa mħeġġeġ biex jippriserva dak kollu li hu importanti għalihom, permezz ta’:

  • Ċelebrazzjonijiet reliġjużi fil-post, inkluż il-Quddiesa
  • Vjaġġi għal avvenimenti tal-komunità favoriti tiegħek
  • L-ikel reġjonali tiegħek
  • Il-ħbiberiji kulturali tiegħek.
  • Ħajja iżjed divertenti.

    Inti tista’ tagħżel kif trid li tesperjenza Kalyna Care mill-għażla ta’ stili ta’ ħajja differenti. Aħna dedikati biex inti tħossok komdu, bla periklu u sigur – kuljum.

    Gawdi l-programmi u l-attivitajiet ta’ gost u rilassanti tagħna li huma ddisinjati biex jgħinu jippromovu s-saħħa, il-benesseri u l-konnessjonijiet mat-tradizzjonijiet kulturali tiegħek.

    Aħna ninkoraġġuk biex iżżurna mal-maħbubin tiegħek u żżommhom involuti fid-deċiżjonijiet tal-kura tiegħek. Aħna nkunu kuntenti għalik meta żżur lil qrabatek jew tmur xi vaganzi mal-familja, dejjem jekk is-saħħa tippermetti.

    Barra, huwa wkoll adattat għalik, għall-familja u l-ħbieb tiegħek biex iqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien. Jew irrilassa fl-ispazji komdi tagħna- il-maħbubin tiegħek jistgħu saħansitra jingħaqdu miegħek għall-ikla ta’ nofsinhar jew ta’ filghaxija għal miżata żgħira tal-ikel.

    Kura akbar, kumpanija eqreb.

    Ma’ Kalyna Care, int ikollok aċċess għal kamra u bord mill-aqwa, assistenza personali u superviżjoni ta’ 24 siegħa. Biex tingħaqad magħna għandek bżonn valutazzjoni bir-reqqa mis-servizz ta’ Aged Care Assessment, għal servizzi ta’ kura temporanja jew permanenti.

    Kellimna issa sabiex nirranġawlek żjara f’Kalyna Care jew niddiskutu il-bżonnijiet ta’ akkomodazzjoni tiegħek. Ċempel 03 9367 8055 jew ibgħat imejl fuq info@kalynacare.com.au.